+Artikolu 3 Id-depożitar tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 Id-depożitar tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti tal-investiment jiddepożitaw strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti tagħhom f'kont jew kontijiet miftuħa ma' parti terza sakemm id-ditti jeżerċitaw il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuta fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-parti terza u tal-arranġamenti għaż-żamma u s-salvagwardja ta' dawk l-istrumenti finanzjarji.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment iqisu l-kompetenza u r-reputazzjoni fis-suq tal-parti terza kif ukoll kull rekwiżit legali relatat maż-żamma ta' dawk l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jaffettwaw ħażin id-drittijiet tal-klijenti.

Artikolu 3 2.
Meta ditta tal-investiment tipproponi li tiddepożita l-istrumenti finanzjarji ta' klijent ma' parti terza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-ditta tal-investiment tiddepożita biss strumenti finanzjarji ma' parti terza f'ġuriżdizzjoni fejn is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji f'isem persuna oħra hija soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni speċifika u li dik il-parti terza hija soġġetta għal dik ir-regolamentazzjoni u superviżjoni speċifika.
Artikolu 3 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jiddepożitawx strumenti finanzjarji miżmuma f'isem il-klijenti ma' parti terza f'pajjiż terz li ma jirregolax iż-żamma u s-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji f'isem persuna oħra sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

in-natura tal-istrumenti finanzjarji jew tas-servizzi ta' investiment konnessi ma' dawk l-istrumenti jeħtieġu li dawn ikunu depożitati ma' parti terza f'dak il-pajjiż terz;

(b) 

fejn l-istrumenti finanzjarji huma miżmuma f'isem klijent professjonali, dak il-klijent jitlob lid-ditta bil-miktub biex tiddepożitahom ma' parti terza f'dak il-pajjiż terz.

Artikolu 3 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 u 3 japplikaw ukoll meta parti terza tkun iddelegat kwalunkwe funzjoni tagħha rigward iż-żamma u s-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji lil parti terza oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.