+Artikolu 4 Id-depożitar tal-fondi tal-klijenti
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Id-depożitar tal-fondi tal-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment, meta jirċievu kwalunkwe fond tal-klijenti, biex ipoġġu dawk il-fondi minnufih f'kont wieħed miftuħ jew aktar ma' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(b)
istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(c)
bank awtorizzat f'pajjiż terz;
(d)
fond tas-suq monetarju kwalifikanti.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' depożiti skont it-tifsira ta' dik id-Direttiva miżmuma minn dik l-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn id-ditti tal-investiment ma jiddepożitawx fondi tal-klijenti ma' bank ċentrali, dawn jeżerċitaw il-ħila, il-kura u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla, il-ħatra u r-rieżami perjodiku tal-istituzzjoni tal-kreditu, il-bank jew il-fond tas-suq monetarju fejn jitpoġġew il-fondi u l-arranġamentu għaż-żamma ta' dawk il-fondi u li jqisu l-ħtieġa għad-diversifikazzjoni ta' dawn il-fondi bħala parti mid-diliġenza dovuta tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li d-ditti tal-investiment iqisu l-kompetenza u r-reputazzjoni fis-suq ta' tali istituzzjonijiet jew fondi tas-suq monetarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-klijenti, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit legali jew regolatorju jew prattiki tas-suq relatati maż-żamma ta' fondi ta' klijenti li jistgħu jaffettwaw ħażin id-drittijiet tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw li l-klijenti jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom għall-pjazzament tal-fondi tagħhom f'fond tas-suq monetarju kwalifikanti. Sabiex jiżguraw li dan id-dritt għal kunsens ikun effettiv, id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw il-klijenti li l-fondi pjazzati f'fond tas-suq monetarju kwalifikanti mhux se jinżamm skont ir-rekwiżiti għas-salvagwardja tal-fondi tal-klijenti stabbiliti f'din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn id-ditti tal-investiment jiddepożitaw il-fondi tal-klijenti ma' istituzzjoni tal-kreditu, bank jew fond tas-suq monetarju tal-istess grupp tad-ditta tal-investiment, dawn jillimitaw il-fondi li jiddepożitaw ma' kwalunkwe entità bħal din fi grupp jew kombinazzjoni ta' entitajiet fi grupp bħal dan sabiex il-fondi ma jaqbżux 20 % ta' dawn il-fondi. Ditta tal-investiment tista' ma tkunx konformi ma' dan il-limitu fejn tista' turi li, minħabba n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha, kif ukoll is-sigurtà offruta mill-partijiet terzi meqjusin fis-subparagrafu preċedenti, u inkluż fi kwalunkwe każ il-bilanċ żgħir tal-fondi tal-klijenti li d-ditta tal-investiment iżżomm, ir-rekwiżit fil-paragrafu preċedenti mhuwiex proporzjonali. Id-ditti tal-investiment għandhom jirrieżaminaw perjodikament il-valutazzjoni li ssir skont dan is-subparagrafu u għandhom jinnofitikaw il-valutazzjonijiet inizjali u rieżaminati tagħhom lill-NCAs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|