|
+Artikolu 5 3. |
Artikolu 5 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti għalihom infushom jew f'isem persuna oħra bħal:
(a)
il-konklużjoni ta' ftehimiet mal-klijenti dwar miżuri li jridu jittieħdu mid-ditti tal-investiment fil-każ li l-klijent ma jkollux provvediment suffiċjenti fil-kont tiegħu fid-data tas-saldu, bħal teħid b'self tat-titoli korrispondenti f'isem il-klijent jew it-tħollija tal-pożizzjoni;
(b)
il-monitoraġġ mill-qrib mid-ditta tal-investiment tal-abilità projettata tagħha li tikkonsenja fid-data tas-saldu u t-twaqqif ta' miżuri ta' rimedju jekk dan ma jistax jitwettaq; u
(c)
il-monitoraġġ mill-qrib u t-talba minnufih ta' titoli dovuti mhux konsenjati fil-jum tas-saldu u wara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|