+Artikolu 5 L-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 L-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lid-ditti tal-investiment jidħlu f'arranġamenti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma minnhom f'isem klijent, jew inkella jużaw strumenti finanzjarji bħal dawn għalihom innifishom jew f'isem kwalunkwe persuna jew klijent ieħor tad-ditta, sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klijent ikun ta l-kunsens espress tiegħu minn qabel għall-użu tal-istrumenti fuq termini speċifiċi, kif muri b'mod ċar bil-miktub u eżegwit fl-affermattiv b'firma jew ekwivalenti, u
(b)
l-użu tal-istrumenti finanzjarji ta' dak il-klijent huwa ristrett għat-termini speċifikati li l-klijent jagħti l-kunsens għalihom.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lid-ditti tal-investiment jidħlu f'arranġamenti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma minnhom f'isem klijent f'kont omnibus miżmum minn parti terza, jew inkella jużaw strumenti finanzjarji miżmuma f'kont bħal dan għalihom innifishom jew f'isem kwalunkwe persuna oħra sakemm, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ma tiġix issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kull klijent li l-istrumenti finanzjarji tiegħu huma miżmuma flimkien f'kont omnibus irid ikun ta kunsens espress minn qabel skont il-punt (a) tal-paragrafu 1;
(b)
id-ditta tal-investiment irid ikollha fis-seħħ sistemi u kontrolli li jiżguraw li huma biss l-istrumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti li jkunu taw kunsens espress minn qabel skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 li jintużaw.
Ir-rekords tad-ditta tal-investiment għandhom jinkludu d-dettalji tal-klijent li fuq l-istruzzjonijiet tiegħu sar l-użu tal-istrumenti finanzjarji, kif ukoll l-għadd ta' strumenti finanzjarji użati li jappartjenu għal kull klijent li jkun ta l-kunsens tiegħu, sabiex titwettaq l-allokazzjoni korretta ta' kwalunkwe telf.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti għalihom infushom jew f'isem persuna oħra bħal:
(a)
il-konklużjoni ta' ftehimiet mal-klijenti dwar miżuri li jridu jittieħdu mid-ditti tal-investiment fil-każ li l-klijent ma jkollux provvediment suffiċjenti fil-kont tiegħu fid-data tas-saldu, bħal teħid b'self tat-titoli korrispondenti f'isem il-klijent jew it-tħollija tal-pożizzjoni;
(b)
il-monitoraġġ mill-qrib mid-ditta tal-investiment tal-abilità projettata tagħha li tikkonsenja fid-data tas-saldu u t-twaqqif ta' miżuri ta' rimedju jekk dan ma jistax jitwettaq; u
(c)
il-monitoraġġ mill-qrib u t-talba minnufih ta' titoli dovuti mhux konsenjati fil-jum tas-saldu u wara.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jadottaw arranġamenti speċifiċi għall-klijenti kollha biex jiżguraw li l-mutwatarju tal-istrumenti finanzjarji tal-klijenti jipprovdi l-kollateral xieraq u li d-ditta timmonitorja l-adegwatezza kontinwata ta' dan il-kollateral u tieħu l-passi meħtieġa biex iżżomm il-bilanċ mal-valur tal-istrumenti tal-klijent.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jidħlux f'arranġamenti li huma projbiti skont l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|