+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 2.

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju għandu jitqies li huwa mfassal biex itejjeb il-kwalità tas-servizzi rilevanti lill-klijent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huwa ġustifikat mill-provvista ta' servizzi addizzjonali jew ta' livell ogħla lill-klijent rilevanti, proporzjonali għal-livell tal-inċentivi riċevuti, bħal:

(i) 

il-provvista ta' pariri dwar l-investiment mhux indipendenti dwar u l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji xierqa inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta ta' investiment;

(ii) 

il-provvista ta' pariri tal-investiment mhux indipendenti kkombinati jew ma': offerta lill-klijent, tal-anqas fuq bażi annwali, biex tiġi vvalutata l-idoneità kontinwata tal-istrumenti finanzjarji li fihom il-klijent investa; jew ma' servizz attwali ieħor li probabbli jkun ta' valur għall-klijent bħal pariri dwar l-allokazzjoni ottima tal-assi ssuġġerita tal-klijent; jew

(iii) 

il-provvista ta' aċċess, għal prezz kompetittiv, għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li probabbilment jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijent, inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment, flimkien ma', pereżempju, il-provvista ta' għodda ta' valur miżjud, bħal għodda ta' informazzjoni oġġettiva, li jgħinu lill-klijent rilevanti biex jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment jew li jippermetti lill-klijent rilevanti jimmonitorja, jimmudella u jaġġusta l-firxa ta' strumenti finanzjarji li investa fihom, jew il-provvista ta' rapporti perjodiċi tal-prestazzjoni u l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mal-istrumenti finanzjarji.

(b) 

ma jibbenefikax direttament lid-ditta riċevitriċi, lill-azzjonisti jew lill-impjegati tagħha mingħajr benefiċċju tanġibbi għall-klijent rilevanti;

(c) 

huwa ġustifikat mill-provvista ta' benefiċċju kontinwu lill-klijent rilevanti fir-rigward ta' inċentivar kontinwu.

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju ma għandux jitqies bħala aċċettabbli jekk il-provvista ta' servizzi rilevanti lill-klijent hija preġudikata jew distorta bħala riżultat tat-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.