+Artikolu 11 Inċentivar
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Inċentivar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment li jħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni jew li jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju konness mal-provvista ta' servizzi ta' investiment jew servizz anċillari lill-klijenti, jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2-5 jiġu ssodisfati f'kull waqt.
Artikolu 11 2.

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju għandu jitqies li huwa mfassal biex itejjeb il-kwalità tas-servizzi rilevanti lill-klijent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huwa ġustifikat mill-provvista ta' servizzi addizzjonali jew ta' livell ogħla lill-klijent rilevanti, proporzjonali għal-livell tal-inċentivi riċevuti, bħal:

(i) 

il-provvista ta' pariri dwar l-investiment mhux indipendenti dwar u l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji xierqa inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta ta' investiment;

(ii) 

il-provvista ta' pariri tal-investiment mhux indipendenti kkombinati jew ma': offerta lill-klijent, tal-anqas fuq bażi annwali, biex tiġi vvalutata l-idoneità kontinwata tal-istrumenti finanzjarji li fihom il-klijent investa; jew ma' servizz attwali ieħor li probabbli jkun ta' valur għall-klijent bħal pariri dwar l-allokazzjoni ottima tal-assi ssuġġerita tal-klijent; jew

(iii) 

il-provvista ta' aċċess, għal prezz kompetittiv, għal firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li probabbilment jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijent, inkluż għadd xieraq ta' strumenti minn fornituri terzi ta' prodotti li ma għandhomx konnessjonijiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment, flimkien ma', pereżempju, il-provvista ta' għodda ta' valur miżjud, bħal għodda ta' informazzjoni oġġettiva, li jgħinu lill-klijent rilevanti biex jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment jew li jippermetti lill-klijent rilevanti jimmonitorja, jimmudella u jaġġusta l-firxa ta' strumenti finanzjarji li investa fihom, jew il-provvista ta' rapporti perjodiċi tal-prestazzjoni u l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mal-istrumenti finanzjarji.

(b) 

ma jibbenefikax direttament lid-ditta riċevitriċi, lill-azzjonisti jew lill-impjegati tagħha mingħajr benefiċċju tanġibbi għall-klijent rilevanti;

(c) 

huwa ġustifikat mill-provvista ta' benefiċċju kontinwu lill-klijent rilevanti fir-rigward ta' inċentivar kontinwu.

Tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju ma għandux jitqies bħala aċċettabbli jekk il-provvista ta' servizzi rilevanti lill-klijent hija preġudikata jew distorta bħala riżultat tat-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju.

Artikolu 11 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 fuq bażi kontinwa sakemm ikomplu jħallsu jew jirċievu t-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju.
Artikolu 11 4.

Id-ditti tal-investiment għandhom ikollhom evidenza li kull tariffia, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew riċevut mid-ditta huma mfasslin biex itejbu l-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent:

(a) 

billi jżommu lista interna tat-tariffi, kummissjonijiet u benefiċċji mhux monetarji kollha riċevuti mid-ditta tal-investiment minn parti terza relatati mal-provvista ta' servizzi ta' investiment jew anċillari; u

(b) 

billi jirreġistraw kif it-tariffi, kummissjonjiet u benefiċċji mhux monetarji mħallsa jew riċevuti mid-ditta tal-investiment, jew li beħsieba tuża, itejbu l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti rilevanti u l-passi meħudin sabiex ma jiġix affettwat ħażin id-dover tad-ditta li taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijent.

Artikolu 11 5.

Rigward kwalunkwe ħlas jew benefiċċju riċevut minn jew imħallas lil partijiet terzi, id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw lill-klijent l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

qabel il-provvista tas-servizz ta' investiment jew anċillari rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tiddivulga lill-klijent informazzjoni dwar il-ħlas jew il-benefiċċju konċernat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku. Benefiċċji mhux monetarji oħrajn riċevuti jew imħallsa mid-ditta tal-investiment b'konnessjoni mas-servizz ta' investiment ipprovdut lil klijent għandhom ikunu pprezzati u divulgati separatament;

(b) 

meta ditta tal-investiment ma setgħetx tivverifika fuq bażi ex ante l-ammont ta' kwalunkwe pagament jew benefiċċju li jrid jiġi riċevut jew imħallas, u minflok divulgat lill-klijent il-metodu biex jiġi kkalkulat dak l-ammont, id-ditta għandha tipprovdi wkoll il-klijent b'informazzjoni dwar l-ammont eżatt tal-pagament jew benefiċċju li rċeviet jew ħallset fuq bażi ex post; u

(c) 

mill-inqas darba fis-sena, sakemm jiġu riċevuti inċentivi (kontinwi) mid-ditta tal-investiment relatati mas-servizzi ta' investiment ipprovduti lill-klijenti rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tinforma l-klijenti tagħha fuq bażi individwali dwar l-ammont attwali tal-pagamenti jew benefiċċji riċevuti jew imħallsa. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku.

Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-regoli dwar l-ispejjeż u l-imposti stabbiliti fl-Artikolu 24(4)(c) u tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 50 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 ( 8 )

Meta aktar ditti jkunu involuti f'kanal tad-distribuzzjoni, kull ditta tal-investiment li tipprovdi servizz ta' investiment jew anċillari għandha tikkonforma mal-obbligi tagħha biex tagħmel divulgazzjonijiet lill-klijenti tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.