|
+Artikolu 11 5. |
Artikolu 11 5.Rigward kwalunkwe ħlas jew benefiċċju riċevut minn jew imħallas lil partijiet terzi, id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw lill-klijent l-informazzjoni li ġejja:
(a)
qabel il-provvista tas-servizz ta' investiment jew anċillari rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tiddivulga lill-klijent informazzjoni dwar il-ħlas jew il-benefiċċju konċernat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku. Benefiċċji mhux monetarji oħrajn riċevuti jew imħallsa mid-ditta tal-investiment b'konnessjoni mas-servizz ta' investiment ipprovdut lil klijent għandhom ikunu pprezzati u divulgati separatament;
(b)
meta ditta tal-investiment ma setgħetx tivverifika fuq bażi ex ante l-ammont ta' kwalunkwe pagament jew benefiċċju li jrid jiġi riċevut jew imħallas, u minflok divulgat lill-klijent il-metodu biex jiġi kkalkulat dak l-ammont, id-ditta għandha tipprovdi wkoll il-klijent b'informazzjoni dwar l-ammont eżatt tal-pagament jew benefiċċju li rċeviet jew ħallset fuq bażi ex post; u
(c)
mill-inqas darba fis-sena, sakemm jiġu riċevuti inċentivi (kontinwi) mid-ditta tal-investiment relatati mas-servizzi ta' investiment ipprovduti lill-klijenti rilevanti, id-ditta tal-investiment għandha tinforma l-klijenti tagħha fuq bażi individwali dwar l-ammont attwali tal-pagamenti jew benefiċċji riċevuti jew imħallsa. Benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jiġu deskritti b'mod ġeneriku. Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-regoli dwar l-ispejjeż u l-imposti stabbiliti fl-Artikolu 24(4)(c) u tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 50 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 ( 8 ) Meta aktar ditti jkunu involuti f'kanal tad-distribuzzjoni, kull ditta tal-investiment li tipprovdi servizz ta' investiment jew anċillari għandha tikkonforma mal-obbligi tagħha biex tagħmel divulgazzjonijiet lill-klijenti tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|