|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni meta ż-żewġ kontropartijiet ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 ( 11 ), jew mal-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament; jew
(b)
koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 127 ta’ dik id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|