|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Mingħajr preġudizzju għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11, il-kuntratti tad-derivati OTC li jkunu tranżazzjonijiet intragrupp kif deskritti fl-Artikolu 3 ma jkunux suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. L-eżenzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tapplika biss:
(a)
meta żewġ kontrapartijiet stabbiliti fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp l-ewwel ikunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom bil-miktub li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni għall-kuntratti tad-kuntratti tad-derivati OTC konklużi bejniethom. In-notifika għandha tingħata mhux inqas minn 30 jum kalendarju qabel ma tintuża l-eżenzjoni. Fi żmien 30 jum kalendarju wara r-riċezzjoni tan-notifika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jekk it-tranżazzjonijiet bejn il-kontrapartijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li joġġezzjonaw wara li jkun skada dak il-perjodu ta’ 30 jum kalendarju, fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS tista’ tgħin lil dawk l-awtoritajiet jilħqu qbil f’konformità mas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(b)
għal kuntratti tad-derivati OTC bejn żewġ kontrapartijiet li jappartjenu għall-istess grupp li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, meta l-kontraparti stabbilita fl-Unjoni tkun ġiet awtorizzata li tapplika l-eżenzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha fi żmien 30 jum kalendarju wara li tkun ġiet notifikata mill-kontraparti stabbilita fl-Unjoni, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 jiġu sodisfatti. L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-AETS dwar dik id-deċiżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|