|
+Artikolu 4 3a. |
Artikolu 4 3a.Mingħajr ma jkunu obbligati li jkollhom kuntratt, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm direttament jew indirettament, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw il-kunflitti ta' interess, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, nondiskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar. Għandhom jittieħdu wkoll tali miżuri fil-każ fejn is-servizzi kummerċjali u tal-ikklerjar ikunu provduti minn entitajiet legali differenti li jappartjenu għall-istess grupp. Il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar għandhom jingħataw permess jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu meqjusa li huma ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, abbażi ta' dawn li ġejjin:
(a)
rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza fir-rigward tal-miżati, il-prezzijiet, il-politiki dwar l-iskontijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali oħra rigward il-lista tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma' kontropartijiet individwali;
(b)
fatturi li jikkostitwixxu termini kummerċjali raġonevoli biex jiżguraw arranġamenti kuntrattwali imparzjali u razzjonali;
(c)
rekwiżiti li jiffaċilitaw servizzi tal-ikklerjar fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja, b'kont meħud tal-ispejjeż u r-riskji, sabiex kwalunkwe differenza fil-prezzijiet mitluba tkun proporzjonata għall-ispejjeż, ir-riskji u l-benefiċċji; u
(d)
kriterji ta' kontroll tar-riskju għall-membru tal-ikklerjar jew il-klijent relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|