+Artikolu 6a Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.
---+Artikolu 6a 3.
---+Artikolu 6a 4.
---+Artikolu 6a 5.
---+Artikolu 6a 6.
---+Artikolu 6a 7.
---+Artikolu 6a 8.
|
Artikolu 6a Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6a 1.
|
L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC ma jkunux aktar adatti għall-ikklerjar ċentrali skont il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 5(5);
(b)
CCP probabbli li tieqaf tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC mingħajr interruzzjoni;
(c)
is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22. It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata. Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 6a 2.
|
Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 jistgħu jitolbu li l-AETS tagħmel talba għal sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar lill-Kummissjoni. It-talba mill-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija ssodisfata. L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.
|
|
Artikolu 6a 3.
|
It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 6a 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-AETS, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni mitluba, għandha tipprovdi raġunijiet għal dan bil-miktub lill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u tgħaddi lilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-AETS. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).
|
|
Artikolu 6a 5.
|
Fejn mitlub mill-AETS skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-att ta' implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jista' jissospendi wkoll l-obbligu ta' negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 6a 6.
|
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-AETS u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 6a 7.
|
Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni. Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.
|
|
Artikolu 6a 8.
|
Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4 għal perijodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 6. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3). L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7. L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|