|
+Artikolu 9 1a. |
Artikolu 9 1a.il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem iż-żewġ kontropartijiet, tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi ma' kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati. Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha li jkollha bżonn biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja d-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejniethom, li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu korretti. Minkejja l-ewwel subparagrafu, kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew f'sistema ta' rapportar jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivattivi OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom qabel ma jirrapportaw dawk id-dettalji. F'dik is-sitwazzjoni, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu responsabbli, anki legalment, għar-rapportar dawk id-dettalji u għall-iżgurar tal-korrettezza. Kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u li tikkonkludi kuntratt tad-derivattivi OTC ma' entità stabbilita f'pajjiż terz ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont dan l-Artikolu u ma għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivattivi OTC, dment li:
(a)
dik l-entità ta’ pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni; u
(c)
il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat tali informazzjoni skont is-sistema legali għar-rapportar ta' dak il-pajjiż terz tagħha lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa soġġett għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|