|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Kull 12-il xahar, kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3. Fejn kontroparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu msemmi fir-rigward ta' klassi waħda jew aktar ta' derivattivi OTC jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:
(a)
minnufih tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;
(b)
tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur min-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;
(c)
issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi jew innovati aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jappartjenu għal dawk il-klassijiet tal-assi li fir-rigward tagħhom ir-riżultat tal-kalkolu jaqbeż il-limiti tal-ikklerjar jew, fejn il-kontroparti mhux finanzjarja ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, li jappartjenu għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC li hija soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|