+Artikolu 15a Eżenzjoni mill-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
|
Artikolu 15a Eżenzjoni mill-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15a 1.
|
Minkejja l-Artikolu 15, CCP li jkollha l-ħsieb li testendi n-negozju tagħha biex tinkludi servizz jew attività addizzjonali mhux koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha ma għandhiex tkun meħtieġa li tkun awtorizzata għal tali estensjoni meta dak is-servizz jew attività addizzjonali ma jkollux impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tas-CCP. Is-CCP għandha tinnotifika lir-riċevituri rreġistrati permezz tal-bażi tad-data ċentrali meta tiddeċiedi li tagħmel użu mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, inkluż is-servizz jew l-attività li biħsiebha tipprovdi. Il-bidliet implimentati minn CCP f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21. L-AETS tista’ tirrieżamina l-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar u tirrapporta lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 lill-Kummissjoni dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi u attivitajiet tas-CCPs skont dan l-Artikolu u dwar l-adegwatezza tagħhom.
|
|
Artikolu 15a 2.
|
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:
(a)
it-tip ta’ estensjoni tas-servizzi jew l-attivitajiet tal-ikklerjar li ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ CCP; u
(b)
il-frekwenza li biha CCP tinnotifika l-użu tal-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li ma għandhiex taqbeż darba kull tliet xhur.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|