+Artikolu 17c Bażi tad-dataċentrali
---+Artikolu 17c 1.
---+Artikolu 17c 2.
---+Artikolu 17c 3.
---+Artikolu 17c 4.
---+Artikolu 17c 5.
---+Artikolu 17c 6.
---+Artikolu 17c 7.
|
Artikolu 17c Bażi tad-dataċentrali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17c 1.
|
L-AETS għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data ċentrali li tipprovdi aċċess lill-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS (“riċevituri rreġistrati”), kif ukoll lill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għas-CCP rilevanti, meta jkun meħtieġ skont artikolu rilevanti, għad-dokumenti kollha rreġistrati fil-bażi tad-data għas-CCP u lir-riċevituri l-oħrajn identifikati skont dan ir-Regolament. L-AETS għandha tiżgura li l-bażi tad-data ċentrali twettaq il-funzjonijiet skont dan l-Artikolu. L-AETS għandha tħabbar l-istabbiliment tal-bażi tad-data ċentrali fuq is-sit web tagħha.
|
|
Artikolu 17c 2.
|
CCP għandha tippreżenta l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 49 u l-Artikolu 49a permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Konferma tar-riċevuta għandha tintbagħat permezz tal-bażi tad-data ċentrali fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. CCP għandha ttella’ minnufih fil-bażi tad-data ċentrali d-dokumenti kollha li hija meħtieġa tipprovdi skont il-proċessi ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 u 15 jew il-proċessi ta’ validazzjoni msemmija fl-Artikoli 49 u 49a, kif applikabbli. Ir-riċevituri rreġistrati għandhom itellgħu minnufih id-dokumenti kollha li jirċievu mis-CCP fir-rigward ta’ applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sakemm is-CCP ma tkunx diġà tellgħet tali dokumenti. CCP għandu jkollha aċċess għall-bażi tad-data ċentrali fir-rigward tad-dokumenti li tkun ressqet lil dik il-bażi ta’ data ċentrali jew id-dokumenti trażmessi lis-CCP permezz ta’ dik il-bażi ta’ data ċentrali minn kwalunkwe wieħed mir-riċevituri rreġistrati jew il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 17c 3.
|
L-awtorità kompetenti għandha tressaq it-talba tagħha għal opinjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17b permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
|
|
Artikolu 17c 4.
|
Is-CCP għandha, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, tirrispondi għall-mistoqsijiet jew għat-talbiet għall-informazzjoni li jitressqulha permezz tal-bażi tad-data ċentrali mill-AETS, mill-awtorità kompetenti tas-CCP jew mill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 matul il-perjodi għall-valutazzjoni skont l-Artikoli 17, 17a, 17b, 49 u 49a.
|
|
Artikolu 17c 5.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lis-CCP kkonċernata permezz tal-bażi tad-data ċentrali meta tkun ittieħdet deċiżjoni, rapport jew miżura oħra, kif applikabbli, skont l-Artikoli 14, 15, 15a, 17, 17a, 17b, 20, 21, 30 sa 33, 35, 37, 41, 49, 49a, 51 u 54 u bi kwalunkwe deċiżjoni li l-awtorità kompetenti tas-CCP tiddeċiedi volontarjament li tikkondividi mas-CCP permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
|
|
Artikolu 17c 6.
|
Il-bażi tad-data ċentrali għandha tkun iddisinjata biex tinforma awtomatikament lir-riċevituri rreġistrati meta jkunu saru bidliet fil-kontenut tagħha, inklużi l-upload, it-tħassir jew is-sostituzzjoni ta’ dokumenti, it-tressiq ta’ mistoqsijiet u talbiet għal informazzjoni.
|
|
Artikolu 17c 7.
|
Il-membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data ċentrali għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 24a(7). Il-President tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP jista’ jillimita l-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti għall-membri tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP msemmija fl-Artikolu 24a(2), il-punt (c) u l-punt (d)(ii), meta jkun ġustifikat abbażi ta’ tħassib dwar il-kunfidenzjalità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|