|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Il-kulleġġ għandu jkun jikkonsisti minn:
(a)
il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 24a(2);
(b)
l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP li huma stabbiliti fit-tliet Stati Membri bl-ikbar kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP imsemmija fl-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament fuq bażi aggregata tul perijodu ta’ sena, inkluż fejn rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħtija lilu b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 18 );
(ca)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP, għajr dawk imsemmija fil-punt (c), soġġetti għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li d-diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-postijiet tan-negozju servuti mill-kontroparti ċentrali;
(e)
l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti tal-interoperabilità;
(f)
l-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw depożitarji ċentrali tat-titoli li magħhom hija marbuta l-kontroparti ċentrali;
(g)
il-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tal-kontroparti ċentrali u l-membri rilevanti tas-SEBĊ responsabbli għas-sorveljanza tas-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ interoperabbiltà;
(h)
il-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati;
(i)
il-banek ċentrali tal-ħruġ fil-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati jew li għandhom jiġu kklerjati mis-CCP għajr dawk imsemmija fil-punt (h), soġġett għall-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP. Dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jitolbu l-kunsens tal-awtorità kompetenti tas-CCP biex jipparteċipaw fil-kulleġġ, u jiġġustifikaw it-talba bbażata fuq il-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq il-munita ta’ ħruġ rispettiva tagħhom. Fejn l-awtorità kompetenti tas-CCP tirrifjuta t-talba, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ u ddettaljati bil-miktub. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-membri tal-kulleġġ. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata mill-awtorità kompetenti tas-CCP mingħajr dewmien bla bżonn wara kwalunkwe tibdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika lill-AETS dik il-lista fi żmien 30 jum kalendarju wara l-istabbiliment tal-kulleġġ jew it-tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien bla bżonn il-lista tal-membri ta’ dak il-kulleġġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|