|
+Artikolu 25 2b. |
Artikolu 25 2b.Meta l-AETS tiddetermina li CCP tkun sistemikament importanti jew li x’aktarx ser issir sistemikament importanti (CCP tal-Grad 2) skont il-paragrafu 2a, għandha tirrikonoxxi biss li dik is-CCP tipprovdi ċerti servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar fejn, flimkien mal-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2, jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-CCP tikkonforma, fil-mument tar-rikonoxximent u minn hemm ’il quddiem fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V. Fir-rigward tal-konformità tas-CCP mal-Artikoli 41, 44, 46, 50 u 54, l-AETS għandha tikkonsulta l-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24b(1). L-AETS għandha tikkunsidra, f’konformità mal-Artikolu 25a, sa liema punt il-konformità tas-CCP ma’ dawk ir-rekwiżiti hija sodisfatta mill-konformità tagħha ma’ rekwiżiti komparabbli applikabbli fil-pajjiż terz;
(b)
il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 ipprovdew lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li CCP ta’ pajjiż terz mhijiex CCP tal-Grad 1 f’konformità mal-paragrafu 2a jew wara r-rieżami f’konformità mal-paragrafu 5, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin li dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ setgħu imponew fit-twettiq tal-kompiti tal-politika monetarja tagħhom:
(i)
il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li l-bank ċentrali tal-ħruġ jista’ jirrikjedi mat-talba motivata tiegħu, fejn dik l-informazzjoni ma tkunx inkisbet mod ieħor mill-AETS;
(ii)
il-kooperazzjoni sħiħa u debita mal-bank ċentrali tal-ħruġ fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi negattivi tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 25b(3);
(iii)
il-ftuħ jew in-notifika ta’ intenzjoni ta’ ftuħ, skont il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti għall-aċċess, kont ta’ depożitu mal-lejl mal-bank ċentrali tal-ħruġ.
(iv)
il-konformità mar-rekwiżiti, applikati f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali mill-bank ċentrali tal-ħruġ, fil-limiti tal-kompetenzi tiegħu biex jindirizza riskji tal-likwidità sistemiċi temporanji li jaffettwaw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament, u li jikkonċernaw il-kontroll tar-riskju tal-likwidità, ir-rekwiżiti tal-marġni, il-kollateral, arranġamenti ta’ saldu jew arranġamenti tal-interoperabilità. Ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandhom jiżguraw l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u jkunu allinjati ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv) għandha tkun kondizzjoni għar-rikonoxximent għal perijodu limitat ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Meta fi tmiem dak il-perijodu, il-bank ċentrali tal-ħruġ iqis li s-sitwazzjoni eċċezzjonali għadha tippersisti, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-finijiet ta’ rikonoxximent tista’ tiġi estiża darba b’perijodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur. Qabel ma jimponi, jew jestendi l-applikazzjoni ta’, ir-rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv), il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma lill-AETS, lill-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 u lill-membri tal-kulleġġ tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-AETS u jipprovdilhom spjegazzjoni tal-effetti tar-rekwiżiti li biħsiebu jimponi fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs u b’ġustifikazzjoni dwar għalfejn ir-rekwiżiti huma neċessarji u proporzjonati biex jiżguraw it-trasmissjoni tal-politika monetarja jew l-operat mingħajr xkiel tas-sistemi ta’ pagament fir-rigward tal-valuta li huwa joħroġ. L-AETS għandha tippreżenta lill-bank ċentrali tal-ħruġ opinjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-trasmissjoni tal-abbozz ta’ rekwiżit jew l-abbozz ta’ estensjoni. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-perijodu msemmi hawn fuq ma għandux ikun ta’ aktar minn 24 siegħa. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCP. Il-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħra msemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 jistgħu jippreżentaw opinjoni fl-istess limitu ta’ żmien. Hekk kif jiskadi l-perijodu għall-konsultazzjoni, il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkunsidra b’mod debitu l-emendi proposti fl-opinjonijiet tal-AETS jew tal-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3. Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinforma wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel jestendi l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti msemmija fis-subpunt (iv). Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jikkoopera u jikkondividi informazzjoni fuq bażi kontinwa mal-AETS u mal-banek ċentrali tal-ħruġ l-oħrajn imsemmijin fil-punt (f) tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-rekwiżiti imsemmijin fis-subpunt (iv), b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji ta’ likwidità sistemika u l-effetti tar-rekwiżiti imposti fuq l-effiċjenza, is-solidità u r-reżiljenza tas-CCPs. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ jimponi kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija f’dan il-punt wara li tkun ġiet rikonoxxuta CCP tal-Grad 2, il-konformità ma’ kwalunkwe tali rekwiżit għandu jitqies bħala kondizzjoni għar-rikonoxximent u l-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jipprovdu lill-AETS konferma bil-miktub, fi żmien 90 jum tax-xogħol, li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżit. Fejn bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti ma jkunx ipprovda tweġiba bil-miktub lill-AETS fil-limitu ta’ żmien, l-AETS tista’ tqis dak ir-rekwiżit bħala sodisfatt;
(c)
is-CCP ipprovdiet lill-AETS:
(i)
b’dikjarazzjoni bil-miktub, iffirmata mir-rappreżentant legali tagħha, li tesprimi l-kunsens bla kondizzjonijiet tas-CCP biex:
—
tipprovdi fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara trattament ta’ talba mill-AETS kwalunkwe dokument, rekord, informazzjoni u data miżmuma minn dik is-CCP fil-ħin li tkun ġiet notifikata t-talba; u
—
tippermetti lill-AETS li jkollha aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-binjiet tan-negozju tas-CCP;
(ii)
b’opinjoni legali motivata minn espert legali indipendenti li tikkonferma li l-kunsens espress huwa validu u eżegwibbli skont il-liġijiet applikabbli rilevanti;
(d)
is-CCP implimentat il-miżuri kollha meħtieġa u stabbilixxiet il-proċeduri kollha meħtieġa biex tiżgura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (c);
(e)
il-Kummissjoni ma adottatx att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 2c. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|