|
+Artikolu 31 2. |
Artikolu 31 2.Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew dawk il-persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”), li ħadu deċiżjoni li jiksbu, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali jew li jkomplu jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali li b’konsegwenza ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jeċċedi 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ssir is-sussidjarja (“l-akkwiżizzjoni proposta”), għandhom l-ewwel jinnotifikaw bil-miktub lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali li fiha qed ifittxu li jiksbu jew iżidu parteċipazzjoni kwalifikatorja, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni intiża u l-informazzjoni rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 32(4). Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikatorja f’kontroparti ċentrali (“il-bejjiegħ propost”) għandha l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwarha, u tindika d-daqs ta’ din il-parteċipazzjoni. Tali persuna għandha bl-istess mod tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni għat-tnaqqis ta’ parteċipazzjoni kwalifikatorja sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew b’tali mod li l-kontroparti ċentrali ma tibqax tkun sussidjarja ta’ dik il-persuna. L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija f’dan il-paragrafu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tirrikonoxxi mal-akkwirent jew mal-bejjiegħ propost, bil-miktub li tkun irċeviethom u tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa li jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 32(4) u sakemm ma jkunux estiżi f’konformità ma’ dan l-Artikolu (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) (“il-valutazzjoni”). Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu joħroġ opinjoni skont l-Artikolu 19 u l-AETS għandha toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc) u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b matul il-perjodu ta’ valutazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost jew lill-bejjiegħ bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni fiż-żmien tar-rikonoxximent tal-irċevuta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|