|
+Artikolu 45a 1. |
Artikolu 45a 1.Fil-każ ta’ event sinifikanti mhux ta’ inadempjenza kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar- Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CCP biex toqgħod lura minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għal perijodu speċifikat mill-awtorità kompetenti, li ma jistax jaqbeż ħames snin:
(a)
li tagħmel distribuzzjoni ta’ dividendi jew jingħata impenn irrevokabbli ta’ distribuzzjoni ta’ dividendi, minbarra għal drittijiet għal dividendi speċifikament imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/23, bħala forma ta’ kumpens;
(b)
ix-xiri lura ta’ ishma ordinarji;
(c)
li toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament, benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. L-awtorita’ kompetenti m’għandhiex tillimita lis-CCP milli tieħu kwalunkwe azzjoni fl-ewwel subparagrafu, jekk is-CCP tkun obbligata legalment li twettaq dik l-azzjoni u l-obbligu jiġi qabel l-avvenimenti skont l-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|