|
+Artikolu 78 10. |
Artikolu 78 10.Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;
(b)
il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata skont l-Artikolu 9. L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|