|
+Artikolu 88 1. |
Artikolu 88 1.L-AETS għandha żżom sit elettroniku li jipprovdi d-dettalji li ġejjin:
(a)
il-kuntratti eliġibbli għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5;
(b)
il-penali imposti għall-ksur tal-Artikoli 4, 5 u 7 sa 11;
(c)
il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni li huma stabbiliti fl-Unjoni, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;
(d)
il-penali imposti għal ksur tat-Titoli IV u V;
(e)
il-kontropartijiet ċentrali awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni stabbiliti f’pajjiż terz, u s-servizzi jew l-attivitajiet li huma awtorizzati li jipprovdu jew jagħmlu, inkluż il-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom;
(f)
ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet awtorizzati li joffru servizzi jew attivitajiet fl-Unjoni;
(g)
il-penali u multi imposti skont l-Artikoli 65 u 66;
(h)
ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|