|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.L-operaturi tas-suq ta’ swieq regolati u ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li għalih tkun saret tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar fil-post tan-negozjar tagħhom, li jiġi ammess għan-negozjar, jew li jiġi nnegozat għall-ewwel darba. Għandhom ukoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar, ħlief jekk id-data li fiha l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar tkun magħrufa u tkun imsemmija fin-notifika magħmula skont l-ewwel subparagrafu. In-notifiki msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu, skont kif ikun xieraq, l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati, u d-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, l-ammissjoni għan-negozjar, u d-data u l-ħin li fihom sar l-ewwel negozjar. L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jittrażmettu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar l-informazzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar jew li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-2 ta’ Lulju 2014, u li għadhom ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’dak il-jum. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|