+Artikolu 4 Notifiki u lista ta’ strumenti finanzjarji
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Notifiki u lista ta’ strumenti finanzjarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-operaturi tas-suq ta’ swieq regolati u ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li għalih tkun saret tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar fil-post tan-negozjar tagħhom, li jiġi ammess għan-negozjar, jew li jiġi nnegozat għall-ewwel darba.

Għandhom ukoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar, ħlief jekk id-data li fiha l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar tkun magħrufa u tkun imsemmija fin-notifika magħmula skont l-ewwel subparagrafu.

In-notifiki msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu, skont kif ikun xieraq, l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati, u d-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, l-ammissjoni għan-negozjar, u d-data u l-ħin li fihom sar l-ewwel negozjar.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jittrażmettu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar l-informazzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar jew li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-2 ta’ Lulju 2014, u li għadhom ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’dak il-jum.

Artikolu 4 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-post tan-negożjar għandhom jittrażmettu n-notifiki li jirċievu skont il-paragrafu 1 lill-ESMA mingħajr dewmien. L-EMSA għandha tippubblika dawk in-notifiki fuq is-sit web tagħha fil-forma ta’ lista minnufih malli jiġu irċevuti. L-ESMA għandha taġġorna dik il-lista minnufih malli tirċievi notifika mingħand awtorità kompetenti tal-post tan-negożjar. Il-lista m’għandhiex tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4 3.

Din il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, li kienu ammessi għan-negozjar jew innegozjati għall-ewwel darba, fuq swieq regolati, MTFs u OTFs;

(b) 

id-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, tal-ammissjoni għan-negozjar, jew li fihom sar l-ewwel negozjar;

(c) 

id-dettalji tal-postijiet tan-negozjar li fihom l-istrumenti finanzjarji ikunu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, kienu ammessi għan-negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba; u

(d) 

d-data u l-ħin li fihom l-istrumenti finanzjarji ma jibqgħux jiġu negozjati jew ammessi għan-negozjar.

Artikolu 4 4.

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex ikun stipulat:

(a) 

il-kontenut tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1; u

(b) 

il-manjiera u l-kundizzjonijiet tal-ġbir, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

Artikolu 4 5.
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stipulati l-ħinijiet, il-format u l-mudell tal-preżentazzjoni tan-notifiki skont il-paragrafi 1 u 2.

L-EMSA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.