+Artikolu 6 Eżenzjoni għal attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet tal-politika tal-klima
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
|
Artikolu 6 Eżenzjoni għal attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet tal-politika tal-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imgiba mwettqa fl-insegwiment ta’ politika monetarja, tar-rata tal-kambju jew ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku minn:
(c)
ministeru, aġenzija jew entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, jew minn persuna li taġixxi f’isimha;
(d)
fil-każ ta’ Stat Membru li huwa stat federali, membru li jagħmel parti mill-federazzjoni.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax lanqas lil tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba mwettqa mill-Kummissjoni jew minn korp ieħor maħtur uffiċjalment jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu, fl-insegwiment tal-politika ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku. Dan ir-Regolament ma japplikax għal tali tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba imwettqa minn:
(b)
entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew bosta;
(c)
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(d)
il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;
(e)
il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;
(f)
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li timmobilizza finanzjament u tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi serjii ta’ finanzjament.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attività ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet u hija mwettqa fl-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attivitajiet ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li jitwettqu biex jiġu segwiti l-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni jew il-Politika Komuni tas-Sajd skont l-atti adottati jew il-ftehimiet internazzjonali konklużi taħt it-TFUE.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali f’pajjiżi terzi. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tivvaluta t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn, jew li jintervjenu, fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u tal-banek ċentrali. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u tal-banek ċentrali fil-qafas legali ta’ pajjiżi terzi, u l-istandards ta’ ġestjoni tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom dawk il-korpi u l-banek ċentrali f’dawk il-ġurisdizzjonijiet. Jekk ir-rapport jikkonkludi, b’mod partikolari fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligi u l-projbizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wkoll għall-banek ċentrali ta’ dawk il-pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 għal ċerti korpi pubbliċi maħtura ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehim ta’ kollegament mal-Unjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.
|
|
Artikolu 6 7.
|
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg jew b’xi mod ieħor għall-entitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu meta dawk il-persuni, iwettqu tranżazzjonijiet jew ordnijiet jew imġiba, direttament jew indirettament, għall-kont tagħhom infushom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|