+Artikolu 7 L-informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 L-informazzjoni privileġġata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġata (jew “minn ġewwa”) għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a) 

informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

(b) 

rigward derivati ta’ komoditajiet, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament ma’ derivat wieħed jew aktar minn dawn id-derivati jew relatata direttament mal-kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawn id-derivati jew kuntratti spot relatati mal-komoditajiet u meta din tkun informazzjoni li hija raġonevolment mistennija li tiġi żvelata jew tkun meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fuq livell tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq ta’ derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti;

(c) 

fir-rigward ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, għal strument wieħed jew aktar bħal dawn, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ tali strumenti jew fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati;

▼M5

(d) 

informazzjoni mgħoddija minn klijent jew minn persuni oħrajn li jaġixxu f’isem il-klijent jew informazzjoni magħrufa bis-saħħa tal-ġestjoni ta’ kont proprjetarju jew ta’ fond ġestit u relatata ma’ ordnijiet pendenti fi strumenti finanzjarji, li hija ta’ natura preċiża, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent wieħed jew aktar jew ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, u li, jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji, fuq il-prezz ta’ kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

▼B

Artikolu 7 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jidħlu fis-seħħ jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jseħħ, fejn tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li ssir konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji jew tal-istrument finanzjarju derivattiv relatat, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward fil-każ ta’ proċess imtawwal maħsub biex joħloq jew jirriżulta f’ċirkustanzi partikolari jew avveniment partikolari, dawk iċ-ċirkustanzi futuri jew dak l-avveniment futur, u wkol il-passi intermedji ta’ dak il-proċess li huma marbutin mat-twassil ta’ dik iċ-ċirkustanzi futuri jew avveniment futur jew li jirriżultaw fihom, jistgħu jitqiesu li huma informazzjoni preċiża.
Artikolu 7 3.
Pass intermedju fi proċess imtawwal għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, minnu nnifsu, jissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 7 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji, strumenti finanzjarji ta’ derivati, kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew prodotti rkantati bbażati fuq kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

Fil-każ ta’ parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet b’emissjonijiet aggregati jew b’input termali ratat fil-limitu jew taħt il-limitu stabbilit skont it-tienisubparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fiżiċi tagħhom għandha titqies li m’għandhiex effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ prodotti rkantati bbażati fuqha, jew ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati.

Artikolu 7 5.
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida biex tistabblixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ informazzjoni li hija raġonevolment mistennija jew meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq tad-derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. L-ESMA għandha tqis debitament l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk is-swieq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.