|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna ġuridika tkun jew kienet fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna użat dik l-informazzjoni u li għalhekk involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna ġuridika:
(a)
tkun stabbiliet, implimentat u żammet arranġamenti u proċeduri interni adegwati u effettivi li effettivament jiżguraw li la l-persuna fiżika li ħadet id-deċiżjoni f’isimiha li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji li l-informazzjoni hija relatata magħhom, u lanqas kwalunkwe persuna fiżika oħra li setgħet kellha influwenza fuq dik id-deċiżjoni ma kienet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata; kif ukoll
(b)
ma ħeġġitx, ma rrakkomandatx, ma ħajjritx jew ma influwenzatx b’xi mod ieħor lill-persuna fiżika li, f’isem il-persuna ġuridika, akkwistat jew ċediet l-istrumenti finanzjarji li magħhom l-informazzjoni tkun relatata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|