+Artikolu 9 Imġiba leġittima
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Imġiba leġittima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna ġuridika tkun jew kienet fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna użat dik l-informazzjoni u li għalhekk involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna ġuridika:
(a)
tkun stabbiliet, implimentat u żammet arranġamenti u proċeduri interni adegwati u effettivi li effettivament jiżguraw li la l-persuna fiżika li ħadet id-deċiżjoni f’isimiha li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji li l-informazzjoni hija relatata magħhom, u lanqas kwalunkwe persuna fiżika oħra li setgħet kellha influwenza fuq dik id-deċiżjoni ma kienet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata; kif ukoll
(b)
ma ħeġġitx, ma rrakkomandatx, ma ħajjritx jew ma influwenzatx b’xi mod ieħor lill-persuna fiżika li, f’isem il-persuna ġuridika, akkwistat jew ċediet l-istrumenti finanzjarji li magħhom l-informazzjoni tkun relatata.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna li tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna:
(a)
għall-istrument finanzjarju li għalih dik l-informazzjoni tkun tirrelata, tkun ġeneratur tas-suq jew persuna awtorizzata biex taġixxi bħala kontroparti, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom isiru b’mod leġittimu matul it-twettiq normali tal-funzjoni tiegħu bħala ġeneratur tas-suq jew bħala kontroparti għal dak l-istrument finanzjarju; jew
(b)
tkun awtorizzata teżegwixxi ordnijiet f’isem partijiet terzi, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-ordni tkun relatata magħhom isiru biex tali ordni tiġi eżegwita b’mod leġittimu fit-twettiq normali tal-impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ dik il-persuna.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni meta dik il-persuna twettaq tranżazzjoni biex takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji u dik it-tranżazzjoni ssir fit-twettiq ta’ obbligu li jkun sar dovut in buona fede u mhux biex tinħarab il-projbizzjoni kontra abbuż minn informazzjoni privileġġata u:
(a)
dak l-obbligu jirriżulta minn ordni mqiegħda jew ftehim konkluż qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata; jew
(b)
dik it-transazzjoni titwettaq biex jiġi sodisfatt obbligu legali jew regolatorju li ħareġ qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, meta tali persuna tkun kisbet dik l-informazzjoni privileġġata fit-twettiq ta’ takeover pubblika jew fużjoni ma’ kumpanija u tuża dik l-informazzjoni privileġġata għall-iskop biss li tipproċedi b’dik il-fużjoni jew takeover pubblika, sakemm fil-mument tal-approvazzjoni tal-fużjoni jew l-aċċettazzjoni tal-offerta mill-azzjonisti ta’ dik il-kumpanija, kwalunkwe informazzjoni privileġġata tkun saret pubblika jew għal xi raġuni oħra ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġata. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal “stakebuilding”.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, il-fatt waħdu li persuna tuża l-għarfien tagħha stess li tkun iddeċidiet li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji fl-akkwist jew fiċ-ċessjoni ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji ma jikkostitwixxix fih innifsu l-użu ta’ informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Minkejja l-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata stabbilita fl-Artikolu 14 xorta jista’ jitqies li jkun sar jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li kien hemm raġuni illeġittima wara l-ordnijiet għan-negozjar, it-tranżazzjonijiet jew l-imġiba kkonċernati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|