|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.►M5 Sondaġġ tas-suq jikkonsisti fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, qabel titħabbar tranżazzjoni, jekk ikun hemm, sabiex jitkejjel l-interess ta’ investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-kundizzjonijiet marbuta magħha bħad-daqs jew il-prezz potenzjali tagħha, lil investitur potenzjali wieħed jew aktar minn: ◄
(a)
emittent;
(b)
offerent sekondarju ta’ strument finanzjarju, fi kwantità jew valur tali li t-tranżazzjoni tkun distinta min-negozjar ordinarju u tinvolvi metodu ta’ bejgħ ibbażat fuq il-valutazzjoni minn qabel tal-interess potenzjali minn investituri potenzjali;
(c)
parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet; jew
(d)
parti terza li taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna msemmija fil-punti (a) sa (c). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|