+Artikolu 11 Is-sondaġġi tas-suq
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 1a.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
---+Artikolu 11 11.
|
Artikolu 11 Is-sondaġġi tas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
►M5
Sondaġġ tas-suq jikkonsisti fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, qabel titħabbar tranżazzjoni, jekk ikun hemm, sabiex jitkejjel l-interess ta’ investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-kundizzjonijiet marbuta magħha bħad-daqs jew il-prezz potenzjali tagħha, lil investitur potenzjali wieħed jew aktar minn: ◄
(b)
offerent sekondarju ta’ strument finanzjarju, fi kwantità jew valur tali li t-tranżazzjoni tkun distinta min-negozjar ordinarju u tinvolvi metodu ta’ bejgħ ibbażat fuq il-valutazzjoni minn qabel tal-interess potenzjali minn investituri potenzjali;
(c)
parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet; jew
(d)
parti terza li taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna msemmija fil-punti (a) sa (c).
|
|
Artikolu 11 1a.
|
Fejn offerta għal titoli tiġi indirizzata biss lil investituri kwalifikati kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lil dawk l-investituri kwalifikati għall-għanijiet ta’ negozjar tat-termini u kundizzjonijiet kuntrattwali tal-parteċipazzjoni tagħhom fi ħruġ ta’ bonds minn emittent li jkollu strumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ f’ċentru ta’ negozjar, jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu jew akkont tiegħu, ma għandhiex tikkostitwixxi sondaġġ tas-suq. Tali komunikazzjoni għandha titqies li ssir fit-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ persuna kif previst fl-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, u b’hekk ma għandhiex tikkostitwixxi żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata. Dak l-emittent jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu jew akkont tiegħu għandu jiżgura li l-investituri li jkunu qed jirċievu l-informazzjoni jkunu konxji ta’, u jirrikonoxxu bil-miktub, id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u jkunu konxji mis-sanzjonijiet applikabbli għall-abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 23(3), l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata minn persuna li jkollha l-ħsieb tagħmel offerta ta’ xiri għat-titoli ta’ kumpanija jew fużjoni ma’ kumpanija lil partijiet intitolati għat-titoli, għandu wkoll jikkostitwixxi sondaġġ tas-suq, sakemm:
(a)
l-informazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti lill-partijiet intitolati għat-titoli li jiffurmaw opinjoni dwar kemm huma lesti joffru t-titoli tagħhom, u
(b)
ir-rieda tal-partijiet intitolati li joffru t-titoli tagħhom tkun meħtieġa b’mod raġonevoli għad-deċiżjoni biex issir l-offerta ta’ xiri jew il-fużjoni.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Parteċipant fis-suq li jiżvela għandu, qabel iwettaq sondaġġ tas-suq, iqis speċifikament jekk is-sondaġġ tas-suq jinvolvix l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jirreġistra bil-miktub il-konklużjoni tiegħu u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Huwa għandu jipprovdi tali rekords bil-miktub lill-awtorità kompetenti fuq talba. Dan l-obbligu għandu japplika għal kull żvelar ta’ informazzjoni matul is-sondaġġ tas-suq. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jaġġorna r-rekords bil-miktub imsemmija f’dan il-paragrafu kif xieraq.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jitqies li jkun żvela informazzjoni privileġġata matul sondaġġ tas-suq fl-eżerċizzju normali tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet ta’ persuna għall-finijiet tal-Artikolu 10(1) meta dak il-parteċipant fis-suq jagħżel li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun kiseb il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tirċievi informazzjoni privileġġata;
(b)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li dik il-persuna hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi takkwista jew iċċedi, għall-kont ta’ dik il-persuna stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji relatati ma’ dik l-informazzjoni;
(c)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li dik il-persuna hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi tikkanċella jew temenda ordni li diġà tqiegħdet dwar strument finanzjarju li l-informazzjoni hija relatata miegħu;
(d)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li billi taqbel li tirċievi l-informazzjoni dik il-persuna tkun obbligata li żżomm l-informazzjoni kunfidenzjali;
(e)
ikun għamel u żamm rekord tal-informazzjoni kollha mogħtija lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, inkluż l-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (d), u l-identità tal-investituri potenzjali li lilhom ġiet żvelata l-informazzjoni, inkluż imma mhux biss il-persuni ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu f’isem l-investitur potenzjali, u d-data u l-ħin ta’ kull żvelar;
(f)
ikun ipprovda dak ir-rekord lill-awtorità kompetenti fuq talba.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Meta l-informazzjoni li tkun ġiet żvelata matul sondaġġ tas-suq ma tibqax iżjed informazzjoni privileġġata skont il-valutazzjoni tal-parteċipant fis-suq li jiżvela, l-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jinforma lil min jirċievi b’dan, malajr kemm jista’ jkun. Dak l-obbligu ma għandux japplika f’każijiet li fihom l-informazzjoni tkun tħabbret pubblikament mod ieħor. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela l-informazzjoni għandu jżomm rekord tal-informazzjoni mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu u għandu jipprovdih lill-awtorità kompetenti fuq talba.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Minkejja dan l-Artikolu, il-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq għandhom jivvalutaw għalihom infushom jekk għandhomx fil-pussess tagħhom informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jżomm ir-rekords imsemmija f’dan l-Artikolu għal perjodu ta’ mhux inqas minn 5 snin.
|
|
Artikolu 11 9.
|
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina arranġamenti, proċeduri u rekwiżiti ta’ żamma ta’ rekords xierqa għall-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tkun delegata bis-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 10.
|
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika s-sistemi u l-mudelli ta’ notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-format preċiż tar-rekords imsemmija fil-paragrafi 4 sa 8 u l-mezzi tekniċi għall-komunikazzjoni xierqa tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq. L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 11 11.
|
L-ESMA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, indirizzati lill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq, dwar:
(a)
il-fatturi li tali persuni għandhom iqisu meta tiġi żvelata lilhom informazzjoni bħala parti minn sondaġġ tas-suq sabiex huma jivvalutaw jekk l-informazzjoni tistax tammonta għal informazzjoni privileġġata;
(b)
il-passi li tali persuni għandhom jieħdu jekk tkun ġiet żvelata lilhom informazzjoni privileġġata sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament; u
(c)
ir-rekords li tali persuni għandhom iżommu sabiex juru li kkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|