|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li:
(i)
tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar provvista, domanda, jew prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet; jew
(ii)
tikseb, jew aktarx tikseb, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet fuq livell anormali jew artifiċjali; sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tagħmel ordni għall-kummerċ jew li għandha mġiba oħra tistabbilixxi li tranżazzjoni, ordni jew imġiba twettqu għal raġunijiet leġittimi, u huma konformi ma prattika aċċettata tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 13;
(b)
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa, jew x’aktarx taffettwa, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;
(c)
it-tixrid ta’ informazzjoni bil-midja, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet jew li tiżgura, jew x’aktarx tiżgura, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa;
(d)
it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew il-forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa rigward parametru ta’ referenza meta l-persuna li wettqet it-trażmissjoni jew ipprovdiet l-input kienet taf jew missha kienet taf li kien falz jew qarrieq, jew kwalunkwe imġiba oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|