+Artikolu 12 Il-manipulazzjoni tas-suq
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
|
Artikolu 12 Il-manipulazzjoni tas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li:
(i)
tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar provvista, domanda, jew prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet; jew
(ii)
tikseb, jew aktarx tikseb, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet fuq livell anormali jew artifiċjali;
sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tagħmel ordni għall-kummerċ jew li għandha mġiba oħra tistabbilixxi li tranżazzjoni, ordni jew imġiba twettqu għal raġunijiet leġittimi, u huma konformi ma prattika aċċettata tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 13;
(b)
id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa, jew x’aktarx taffettwa, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;
(c)
it-tixrid ta’ informazzjoni bil-midja, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet jew li tiżgura, jew x’aktarx tiżgura, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa;
(d)
it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew il-forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa rigward parametru ta’ referenza meta l-persuna li wettqet it-trażmissjoni jew ipprovdiet l-input kienet taf jew missha kienet taf li kien falz jew qarrieq, jew kwalunkwe imġiba oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:
(a)
kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, sabiex jiksbu pożizzjoni dominanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li għandha, jew x’aktarx ikollha, l-effett li tistabbilixxi, direttament jew indirettament, prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew toħloq, jew x’aktarx toħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;
(b)
ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, fil-ftuħ jew fl-għeluq tas-suq, li għandu jew x’aktarx ikollu l-effett li l-investituri jiġu mqarrqa abbażi tal-prezzijiet li jintwerew, inklużi l-prezzijiet tal-ftuħ jew tal-għeluq,
(c)
it-tqegħid ta’ ordnijiet lejn post tan-negozjar, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, inklużi mezzi elettroniċi, bħal strateġiji algoritmiċi u ta’ frekwenza għolja, u li għandu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), billi:
(i)
jfixkel jew jittardja l-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan;
(ii)
jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra jidentifikaw ordnijiet ġenwini fis-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan, inkluż billi jinħarġu ordnijiet li jirriżultaw fit-tagħbija eċċessiva jew id-destabbilizzazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet; jew
(iii)
joħloq jew x’aktarx li joħloq impressjoni falza jew qarrieqa dwar il-provvista jew id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex tinbeda jew titkabbar tendenza.
(d)
jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet (jew indirettament dwar l-emittent tiegħu) waqt li qabel ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jew kuntratt spot relatati mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet u sussegwentement isir profitt mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak l-istrument, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, mingħajr ma jiġi żvelat simultanjament dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.
(e)
ix-xiri jew il-bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew derivati relatati qabel l-irkant imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 bl-effett li jiġi stabbilit il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant għall-prodotti rkantati fuq livell anormali jew artifiċjali jew li offerenti li jagħmlu l-offerti fl-irkant jiġu mqarrqa.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Anness I jiddefinixxi xi wħud mill-indikaturi, mhux eżawrjenti, relatati mat-tħaddim ta’ strataġemma fittizja jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju, u xi wħud mill-indikaturi mhux eżawrjenti relatati ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u ma’ kif jiġi żgurat il-prezz.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Meta l-persuna msemmija f’dan l-Artikolu tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika ukoll, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-persuni fiżiċi lijipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu attivitajiet għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, sabiex jiġu ċċarati l-elementi tagħhom u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|