+Artikolu 13 Prattiki tas-suq aċċettati
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
---+Artikolu 13 11.
---+Artikolu 13 12.
---+Artikolu 13 13.
|
Artikolu 13 Prattiki tas-suq aċċettati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-projbizzjoni fl-Artikolu 15 m’għandhiex tapplika għall-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12(1)(a), sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tqiegħed ordni għan-negozjar jew ikollha kwalunkwe mġiba oħra tipprova li tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkunu saru għal raġunijiet leġittimi, u huma f’konformità ma’ prattika tas-suq aċċettata, kif stabbilit skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Awtoritajiet kompetenti tista’ tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
jekk il-prattika tas-suq tkunx tipprovdi għal livell sostanzjali ta’ trasparenza għas-suq;
(b)
jekk il-prattika tas-suq tkunx tiżgura livell għoli ta’ salvagwardji għall-operat tal-forzi tas-suq u l-interazzjoni xierqa mal-forzi tal-provvista u d-domanda;
(c)
jekk il-prattika tas-suq ikollhiex impatt pożittiv fuq il-likwidità u l-effiċjenza tas-suq;
(d)
jekk il-prattika tas-suq tqisx il-mekkaniżmu ta’ negozjar tas-suq rilevanti u tippermettix lill-parteċipanti fis-suq li jirreaġixxu b’mod xieraq u f’waqtu għas-sitwazzjoni ġdida tas-suq maħluqa b’dik il-prattika;
(e)
jekk il-prattika tas-suq ma toħloqx riskji għall-integrità tas-swieq relatati direttament jew indirettament, sew jekk regolati u sew jekk le, fl-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan l-Unjoni;
(f)
l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-prattika tas-suq rilevanti minn xi awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra, b’mod partikolari jekk il-prattika tas-suq rilevanti kisret ir-regoli jew ir-regolamenti mfassla sabiex ma jħallux l-abbuż tas-suq, jew kodiċi ta’ mġiba, irrispettivament minn jekk tkunx tikkonċerna s-suq inkwistjoni jew, direttament jew indirettament, swieq relatati fi ħdan l-Unjoni; u
(g)
il-karatteristiċi strutturali tas-suq rilevanti, inter alia, jekk huwiex regolat jew le, it-tipi ta’ strumenti finanzjarji nnegozjati u t-tip ta’ parteċipanti fis-suq, inkluż il-kobor tal-parteċipazzjoni ta’ investituri bl-imnut fis-suq rilevanti.
Prattika tas-suq li tkun ġiet stabbilita minn awtorità kompetenti bħala prattikatas-suq aċċettata f’suq partikolari m’għandhiex titqies li hi applikabbli għal swieq oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk is-swieq l-oħra ma jkunux aċċettaw dik il-prattika skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Qabel ma jistabbilixxu prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata u għandha tipprovdi d-dettalji ta’ dik il-valutazzjoni li tkun saret skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Tali notifika għandha ssir mhux anqas minn tliet xhur qabel ma l-prattika tas-suq aċċettata tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet in-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti li tinnotifika li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-prattika tas-suq aċċettata mal-paragrafu 2 u mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7. L-EMSA għandha wkoll tivvaluta jekk l-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata tkunx ta’ theddida għall-kunfidenza tas-suq fis-suq finanzjarju tal-Unjoni. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-ESMA.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata li tmur kontra l-opinjoni tal-ESMA maħruġa skont il-paragrafu 4, għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, fi żmien 24 siegħa mill-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata, avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan, inkluż għaliex il-prattika tas-suq aċċettata ma theddidx il-fiduċja fis-suq.
|
|
Artikolu 13 6.
|
Meta awtorità kompetenti tqis li awtorità kompetenti tkun stabbiliet prattika tas-suq aċċettat li ma tilħaqx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tgħin lill-awtoritajiet konċernati biex jintlaħaq qbil skont is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim, l-ESMA tista’ tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 13 7.
|
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafi 2, 3 u 4, u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha. L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 13 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw mill-ġdid b’mod regolari u tal-anqas kull sentejn, il-prattiki tas-suq aċċettati li li huma jkunu stabbilixxew, b’mod partikolari billi jqisu bidliet sinifikanti fl-ambjent tas-suq rilevanti, bħal bidliet fir-regoli tan-negozjar jew fl-infrastrutturi tas-suq, bil-għan li jiddeċiedu jżommuwhiex, jitterminawhiex, jew jimmodifikawx il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 13 9.
|
L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-prattiki tas-suq aċċettati u f’liema Stati Membri japplikaw.
|
|
Artikolu 13 10.
|
L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki tas-suq aċċettati u għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif qed jiġu applikati fis-swieq ikkonċernati.
|
|
Artikolu 13 11.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw il-prattiki tas-suq aċċettati kollha stabbiliti qabel it-2 ta’ Lulju 2014 lill-ESMA fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji imsemmija fil-paragrafu 7. Il- prattiki tas-suq imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ din il-prattika wara l-opinjoni tal-ESMA skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 13 12.
|
Mingħajr preġudizzju għal prattiki tas-suq aċċettati kif stabbilit skont il-paragrafi 1 sa 11 ta’ dan l-Artikolu, emittent ta’ strumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs jista’ jidħol f’kuntratt ta’ likwidità għall-ishma tiegħu, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
it-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt ta’ likwidità huma konformi mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/908 (
8
);
(b)
il-kuntratt ta’ likwidità huwa mfassal skont il-mudell tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
il-fornitur tal-likwidità huwa awtorizzat kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE u hu rreġistrat bħala membru tas-suq mal-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq tat-tkabbir tal-SMEs;
▼M5
(d)
l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq ta’ tkabbir tal-SMEs tirrikonoxxi bil-miktub lill-emittent li hija rċeviet kopja tal-kuntratt ta’ likwidità.
▼M3
L-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun kapaċi juri fi kwalunkwe ħin li l-kundizzjonijiet li taħthom ġie konkluż il-kuntratt huma ssodisfati fuq bażi kontinwa. Dak l-emittent u l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’kopja tal-kuntratt tal-likwidità fuq talba tagħhom.
|
|
Artikolu 13 13.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tfassal mudell kuntrattwali li għandu jintuża għall-għanijiet ta’ dħul f’kuntratt ta’ likwidità f’konformità mal-paragrafu 12, sabiex tkun żgurata konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, inkluż fir-rigward tat-trasparenza għas-suq u l-prestazzjoni tal-provvediment tal-likwidità. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2020. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|