|
+Artikolu 13 12. |
Artikolu 13 12.Mingħajr preġudizzju għal prattiki tas-suq aċċettati kif stabbilit skont il-paragrafi 1 sa 11 ta’ dan l-Artikolu, emittent ta’ strumenti finanzjarji ammessi għall-kummerċ f’suq tat-tkabbir tal-SMEs jista’ jidħol f’kuntratt ta’ likwidità għall-ishma tiegħu, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
it-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt ta’ likwidità huma konformi mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/908 ( 8 );
(b)
il-kuntratt ta’ likwidità huwa mfassal skont il-mudell tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
il-fornitur tal-likwidità huwa awtorizzat kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2014/65/UE u hu rreġistrat bħala membru tas-suq mal-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq tat-tkabbir tal-SMEs;
(d)
l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li topera s-suq ta’ tkabbir tal-SMEs tirrikonoxxi bil-miktub lill-emittent li hija rċeviet kopja tal-kuntratt ta’ likwidità. L-emittent imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun kapaċi juri fi kwalunkwe ħin li l-kundizzjonijiet li taħthom ġie konkluż il-kuntratt huma ssodisfati fuq bażi kontinwa. Dak l-emittent u l-operatur tas-suq jew id-ditta tal-investiment li joperaw is-suq tat-tkabbir tal-SMEs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti b’kopja tal-kuntratt tal-likwidità fuq talba tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|