+Artikolu 16 Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-operaturi tas-suq u d-ditti ta’ investiment li joperaw post tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi mmirati għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, manipular tas-suq u tentattivi ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipular tas-suq, skont l-Artikoli 31 u 54 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Il-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirrapporta ordnijiet u tranżazzjonijiet, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mingħajr dewmien.

Artikolu 16 2.
Kwalunkwe persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi sabiex jikxfu u jirrappurtaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi. Kull meta tali persuna jkollha suspett raġonevoli li ordni jew tranżazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju, kemm jekk imqiegħda jew eżegwita fuq jew ‘il barra minn post tan-negozjar, tista’ tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew f’manipulazzjoni tas-suq, il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 mingħajr dewmien.
Artikolu 16 3.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tan-notifika tal-Istat Membru li fih huma rreġistrati jew fejn ikollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom, jew fil-każ ta’ fergħa, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa. In-notifika għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 16 4.
L-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jirċievu n-notifika dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jittrażmettu minnufih tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tan-negozjar ikkonċernat.
Artikolu 16 5.

Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a) 

l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa bil-għan li l-persuni jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2; u

(b) 

il-mudelli tan-notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jibqgħu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2;

L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.