+Artikolu 20 Rakkomandazzjonijiet u statistiċi dwar l-investiment
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
|
Artikolu 20 Rakkomandazzjonijiet u statistiċi dwar l-investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Persuni li jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investimentgħandhom jieħdu ħsieb jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod oġġettiv, u li jiżvelaw l-interessi tagħhom jew jindikaw kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-istituzzjonijiet pubbliċi li jxerrdu statistiċi jew previżjonijiet li x’aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji għandhom ixerrduhom b’mod oġġettiv u trasparenti.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti tekniċi, għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1, għall-preżentazzjoni oġġettiva ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, kif ukoll għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess. L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-arranġamenti tekniċi stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal ġurnalisti li jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni xierqa ekwivalenti fi Stat Membru, inkluża awtoregolamentazzjoni xierqa ekwivalenti, sakemm tali regolamentazzjoni tikseb effetti simili għal dawk l-arranġamenti tekniċi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw t-test ta’ dik ir-regolamentazzjoni ekwivalenti xierqa lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|