|
+Artikolu 20 3. |
Artikolu 20 3.Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti tekniċi, għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1, għall-preżentazzjoni oġġettiva ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, kif ukoll għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess. L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-arranġamenti tekniċi stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal ġurnalisti li jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni xierqa ekwivalenti fi Stat Membru, inkluża awtoregolamentazzjoni xierqa ekwivalenti, sakemm tali regolamentazzjoni tikseb effetti simili għal dawk l-arranġamenti tekniċi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw t-test ta’ dik ir-regolamentazzjoni ekwivalenti xierqa lill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|