|
+Artikolu 25 2. |
Artikolu 25 2.Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-informazzjoni jew talba biex tikkoopera f’investigazzjoni fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, jiġifieri meta:
(a)
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa ħażin is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;
(b)
il-konformità mat-talba x’aktarx taffettwa ħażin l-investigazzjoni jew l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha stess jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali;
(c)
Ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew
(d)
Tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|