+Artikolu 25 Obbligu ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 1a.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
|
Artikolu 25 Obbligu ta’ kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-ESMA. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar. L-obbligu ta’ koperazzjoni u għajnuna stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-Kummissjoni b’rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar komoditajiet li huma prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE. L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu. Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 25 1a.
|
L-ESMA, fuq talba ta’ mill-inqas awtorità kompetenti waħda, għandha tiffaċilita u tikkoordina l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji fi Stati Membri oħrajn u f’pajjiżi terzi. Meta tkun ġustifikata mill-karattru tal-każ, u fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-ESMA għandha tikkontribwixxi għall-investigazzjoni tal-każ mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-informazzjoni jew talba biex tikkoopera f’investigazzjoni fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, jiġifieri meta:
(a)
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa ħażin is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;
(b)
il-konformità mat-talba x’aktarx taffettwa ħażin l-investigazzjoni jew l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha stess jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali;
(c)
Ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew
(d)
Tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
), u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw li jittieħed approċċ koordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn it-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozjar jew azzjonijiet jew imġiba oħra jkunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar li japplika għalihom dan ir-Regolament, kif ukoll għal prodott wieħed jew aktar ta’ enerġija bl-ingrossa li japplikaw għalihom l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 meta jiġu biex japplikaw l-Artikoli 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għall-istrumenti finanzjarji marbutin mal-prodotti ta’ enerġija bl-ingrossa.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew li ċerti azzjonijiet qegħdin jaffettwaw strumenti finanzjarji nnegozjati f’post tan-negozjar li jinsab fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER. L-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri involuti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u mal-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER, dwar l-azzjoni xierqa li għandhom jieħdu, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-iżviluppi sinifikanti li jsiru sadanittant. Għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni possibbli meta japplikawsanzjonijiet, u miżuri amministrattivi oħrajn għal dawk il-każijiet transkonfinali skont l-Artikoli 30 u 31 u għandhom jgħinu lil xulxin fl-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 25 6.
|
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor rigward spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post. Awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tista’ tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA, jekk tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, għandha tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni. Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:
(a)
twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;
(b)
tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;
(c)
tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;
(d)
taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;
(e)
taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunarji.
|
|
Artikolu 25 7.
|
Bla ħsara għall-Artikolu 258 tat-TFUE, awtorità kompetenti li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna skont il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ma ssirx azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli, jew li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna tiġi rrifjutata, tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-ESMA. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija, l-ESMA tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bla ħsara għall-possibbiltà li l-ESMA taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji rilevanti nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li azzjonjijiet, li jikkostitwixxu abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, żvelar illegali ta’ informazzjoni jew manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament, ikunu qegħdin isiru jew ikunu saru. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura ħarsa ġenerali kkonsolidata tas-swieq finanzjarji u spot, u għandha tidentifika u timponi sanzjonijiet għall-abbużi tas-suq kemm bejn is-swieq kif ukoll bejn il-fruntieri. Rigward il-kwoti tal-emissjonijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni pprovduti taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu żgurati wkoll bi:
(a)
is-sorveljatur tal-irkant, rigward l-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010; u
(b)
awtoritajiet kompetenti, amministraturi tar-reġistru, inkluż l-Amministratur Ċentrali, u korpi pubbliċi oħra inkarigati biex jissorveljaw il-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.
L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull fejn possibbli, jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati skont l-Artikolu 26.
|
|
Artikolu 25 9.
|
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni u għajnuna kif imsemmi f’dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|