L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
), u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw li jittieħed approċċ koordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn it-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozjar jew azzjonijiet jew imġiba oħra jkunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar li japplika għalihom dan ir-Regolament, kif ukoll għal prodott wieħed jew aktar ta’ enerġija bl-ingrossa li japplikaw għalihom l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 meta jiġu biex japplikaw l-Artikoli 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għall-istrumenti finanzjarji marbutin mal-prodotti ta’ enerġija bl-ingrossa.