|
+Artikolu 25a 7. |
Artikolu 25a 7.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 sabiex tistabbilixxi lista ta’ ċentri tan-negozjar deżinjati li għandhom dimensjoni transfruntiera sinifikanti fis-superviżjoni tal-abbuż tas-suq billi tqis, għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji, tal-anqas dawn li ġejjin:
(a)
il-volum tan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar; u
(b)
il-volum tan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar fi strumenti finanzjarji li għalihom l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa differenti mill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar. Fir-rigward tal-ishma, il-kriterju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jitkejjel bħala fatturat f’ishma aggregati fil-livell taċ-ċentru tan-negozjar, u ma għandux ikun inqas minn EUR 100 biljun fis-sena fi kwalunkwe waħda mill-aħħar erba’ snin. Il-kriterju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi definit bħala l-proporzjon bejn il-fatturat f’ishma li għalihom l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun differenti mill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar u l-fatturat totali fl-ishma kollha nnegozjati f’dak iċ-ċentru f’sena. Dan il-proporzjon ma għandux ikun inqas minn 50 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|