+Artikolu 25a Mekkaniżmu għal skambju ta’ data dwar l-ordnijiet
---+Artikolu 25a 1.
---+Artikolu 25a 2.
---+Artikolu 25a 3.
---+Artikolu 25a 4.
---+Artikolu 25a 5.
---+Artikolu 25a 6.
---+Artikolu 25a 7.
---+Artikolu 25a 8.
---+Artikolu 25a 9.
|
Artikolu 25a Mekkaniżmu għal skambju ta’ data dwar l-ordnijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25a 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw iċ-ċentri tan-negozjar b’dimensjoni transfruntiera sinifikanti għandhom, sal-5 ta’ Ġunju 2026, jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti l-iskambju kontinwu u f’waqtu tad-datatal-ordnijiet dwar l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), u miġbura minn dawk iċ-ċentri tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw l-istabbiliment tal-mekkaniżmu lill-ESMA. Meta awtorità kompetenti tissottometti talba għad-dataskont il-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti rikjesta għandha titlob dik id-datamiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti fil-ħin u mhux aktar tard minn erbat ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba. Id-datamitluba għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti li tkun ippreżentat l-ewwel talba malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-iskadenza determinata fil-paragrafu 6, il-punt (c). L-iskambju kontinwu u f’waqtu tad-datadwar l-ordnijiet dwar l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (b) u (c) għandu jsir operazzjonali permezz tal-mekkaniżmu stabbilit skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-5 ta’ Ġunju 2028.
|
|
Artikolu 25a 2.
|
Iċ-ċentru tan-negozjar rilevanti għandu jistabbilixxi u jżomm arranġamenti, sistemi u proċeduri xierqa li jippermettu l-iskambju kontinwu u f’waqtu tad-datadwar l-ordnijiet sal-5 ta’ Ġunju 2026.
|
|
Artikolu 25a 3.
|
It-talba għal data dwar l-ordnijiet kontinwa minn awtorità kompetenti tista’ tiġi sottomessa għal sett speċifiku ta’ strumenti finanzjarji.
|
|
Artikolu 25a 4.
|
Awtorità kompetenti tista’ tiksebdatadwar l-ordnijiet kontinwa li toriġina minn ċentru tan-negozjar li jkollu dimensjoni transfruntiera sinifikanti meta dik l-awtorità kompetenti tkun l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u dik id-datatista’ tkun rilevanti għall-attivitajiet superviżorji ta’ dik l-awtorità għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin:
|
|
Artikolu 25a 5.
|
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-awtorità kompetenti tiegħu tipparteċipa fil-mekkaniżmu stabbilit skont il-paragrafu 1 anki jekk l-ebda wieħed miċ-ċentri tan-negozjar taħt is-superviżjoni ta’ tali awtorità kompetenti ma jkollu dimensjoni transfruntiera sinifikanti. Deċiżjoni bħal din għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA li għandha tagħmilha pubblika fuq is-sit web tagħha. Fejn Stat Membru jieħu deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, dak l-Istat Membru u l-awtorità kompetenti tiegħu għandhom jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 25a 6.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji:
(a)
biex jiġi speċifikat il-mekkaniżmu xieraq għall-iskambju ta’datadwar l-ordnijiet u b’mod partikolari, biex jiġu stabbiliti l-arranġamenti operazzjonali sabiex jiżguraw it-trażmissjoni mingħajr xkiel tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
biex jiġu ddeterminati l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa għaċ-ċentri tan-negozjar biex jikkonformaw mal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu; u
(c)
biex jiġi ddeterminat il-format u l-iskadenza għall-forniment mingħajr dewmien tad-datamitluba fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25a 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 sabiex tistabbilixxi lista ta’ ċentri tan-negozjar deżinjati li għandhom dimensjoni transfruntiera sinifikanti fis-superviżjoni tal-abbuż tas-suq billi tqis, għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji, tal-anqas dawn li ġejjin:
(a)
il-volum tan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar; u
(b)
il-volum tan-negozjar f’dak iċ-ċentru tan-negozjar fi strumenti finanzjarji li għalihom l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa differenti mill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar.
Fir-rigward tal-ishma, il-kriterju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jitkejjel bħala fatturat f’ishma aggregati fil-livell taċ-ċentru tan-negozjar, u ma għandux ikun inqas minn EUR 100 biljun fis-sena fi kwalunkwe waħda mill-aħħar erba’ snin. Il-kriterju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi definit bħala l-proporzjon bejn il-fatturat f’ishma li għalihom l-awtorità kompetenti tal-aktar suq rilevanti msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun differenti mill-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar u l-fatturat totali fl-ishma kollha nnegozjati f’dak iċ-ċentru f’sena. Dan il-proporzjon ma għandux ikun inqas minn 50 %.
|
|
Artikolu 25a 8.
|
Sal-5 ta’ Diċembru 2027, l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu stabbilit skont il-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jkopri mill-inqas dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-isfidi tekniċi ffaċċjati minn ċentri tan-negozjar, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA matul l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-ishma;
(b)
il-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti u mill-ESMA fl-istabbiliment tal-mekkaniżmu għall-ishma;
(c)
il-funzjonament tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu.
Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjata mal-iżvilupp futur tal-mekkaniżmu stabbilit skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rilevanti possibbli tiegħu, inkluż bonds u futuri. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 4, filwaqt li jitqiesu l-valur miżjud, l-isfidi tekniċi u l-kostijiet mistennija.
|
|
Artikolu 25a 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex temenda l-paragrafi 4 u 7 ta’ dan l-Artikolu billi taġġorna l-istrumenti finanzjarji u l-lista ta’ ċentri tan-negozjar deżinjati b’dimensjoni transfruntiera sinifikanti, u li temenda l-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, biex tiġi posposta l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ mekkaniżmu stabbilit skont il-paragrafu 1 għal bonds u futuri, filwaqt li jittieħed kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti biex tiġi pproċessata d-datadwar dawk l-istrumenti finanzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|