+Artikolu 25b Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni
---+Artikolu 25b 1.
---+Artikolu 25b 2.
---+Artikolu 25b 3.
|
Artikolu 25b Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25b 1.
|
Fil-każ ta’ tħassib serju dwar l-integrità tas-swieq jew il-funzjonament ordnat tas-swieq, l-ESMA tista’, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma ta’ kollaborazzjoni fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar.
|
|
Artikolu 25b 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fuq talba tal-ESMA l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha fil-ħin.
|
|
Artikolu 25b 3.
|
Meta żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar ta’ pjattaforma ta’ kollaborazzjoni ma jaqblux dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni li għandha tittieħed, jew nuqqas ta’ azzjoni, l-ESMA, fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti, tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu qbil f’konformità mal-Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA tista’ wkoll, fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tikkoordina spezzjonijiet fuq il-post. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini kif ukoll awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn tal-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni jistgħu jistiednu lill-ESMA biex tipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post bħal dawn. L-ESMA tista’ tistabbilixxi wkoll, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, pjattaforma ta’ kollaborazzjoni b’mod konġunt mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u mal-korpi pubbliċi li jimmonitorjaw is-swieq tal-komoditajiet bl-ingrossa meta t-tħassib dwar l-integrità tas-suq u l-funzjonament ordnat tas-swieq jaffettwa kemm is-swieq finanzjarji kif ukoll dawk spot.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|