|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal tali rapporti;
(b)
fi ħdan l-impjieg tagħhom, protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg, li jirrappurtaw ksur jew jiġu akkużati bi ksur, kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust; u
(c)
protezzjoni ta’ data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll il-persuna fiżika li allegatament wettqet il-ksur, inkluża protezzjoni fir-rigward taż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għal żvelar ta’ informazzjoni li ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|