+Artikolu 32 Ir-rappurtar tal-ksur
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
|
Artikolu 32 Ir-rappurtar tal-ksur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jippermettu r-rappurtar ta’ ksur attwali jew potenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal tali rapporti;
(b)
fi ħdan l-impjieg tagħhom, protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg, li jirrappurtaw ksur jew jiġu akkużati bi ksur, kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust; u
(c)
protezzjoni ta’ data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll il-persuna fiżika li allegatament wettqet il-ksur, inkluża protezzjoni fir-rigward taż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għal żvelar ta’ informazzjoni li ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.
|
|
Artikolu 32 3.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impjegaturi li jwettqu attivitajiet li huma regolati minn regolameny ta’ servizzi finanzjarji li jkollhom fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex l-impjegati tagħhom jirrapportaw ksur ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jingħataw skont il-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali preeżistenti oħra li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni hija ġdida, u tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew it-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 32 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadottaatti ta’ impliementazzjoni li jispeċifikaw aħjar il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi l-arranġamenti għar-rappurtar u għas-segwitu ta’ rapporti, u l-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg u l-miżuri għall-protezzjoni tad-data personali. Dawk l-atti ta’ impliementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|