+Artikolu 33 L-iskambju ta’ informazzjoni mal-ESMA
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 L-iskambju ta’ informazzjoni mal-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, kull sena, informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, miżuri amministrattivi oħrajn, imposti mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jipprovdu lill-ESMA kull sena b’data anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi kollha mwettqa skont dawk l-Artikoli.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Meta l-Istati Membri jkunu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), stabbilew sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom kull sena jipprovdu lill-ESMA b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali mwettqa u l-pieni kriminali imposti kollha mill-awtoritajiet ġudizzjarji skont l-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika data dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali, jew miżuri amministrattivi oħrajn, lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-ESMA b’dan.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Meta sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew miżura amministrattivi oħra ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-ESMA għandha żżid referenza għal dik is-sanzjoni jew miżura ppubblikata fir-reġistru tal-kumpaniji tal-investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l–ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|