+Artikolu 35 L-eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
|
Artikolu 35 L-eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), fl-Artikolu 12(5), fl-Artikolu 17(2), it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 17(3) u (12), fl-Artikolu 19(13) u (14), fl-Artikolu 25a(7) u (9) u fl-Artikolu 38, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), fl-Artikolu 12(5), fl-Artikolu 17(2), it-tielet subparagrafu, fl-Artikolu 17(3) u (12), fl-Artikolu 19(13) u (14), fl-Artikolu 25a(7) u (9) u fl-Artikolu 38, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeajew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5) jew (6), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 17(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 17(3) jew (12), l-Artikolu 19(13) jew (14), l-Artikolu 25a(7) jew (9), jew l-Artikolu 38, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma humiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|