|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I A. Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u l-iżgurar tal-prezzijiet Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-eżempji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu, fihom infushom, li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jitqiesu meta jiġu eżaminati t-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet għan-negozjar mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:
(a)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju relevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, b’mod partikulari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezzijiet tagħhom;
(b)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’pożizzjoni sinifikanti ta’ xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, iwasslu għal tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ dak l-istrument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq il-kwoti tal-emissjonijiet;
(c)
jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa jwasslux għall-ebda bidla fil-pussess benefiċjarju ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;
(d)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jew l-ordnijiet ikkanċellati jinkludu treġġigħ lura tal-pożizzjoni f’perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, u jistgħu jkunu assoċjati ma’ tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;
(e)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jkunu kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa’ lura;
(f)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aqwa offerta jew joffru prezzijiet fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, jew b’mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, u jitneħħew qabel ma jitwettqu; u
(g)
safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa fiż-żmien jew madwar żmien speċifiku meta l-prezzijiet ta’ referenza, prezzijiet ta’ qbil u valutazzjonijiet jiġu kkalkulati u jwasslu għal bidliet fil-prezzijiet li jkollhom effett fuq dawn il-prezzijiet jew valutazzjonijiet. B. Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata mal-użu ta’ element fittizju jew kull forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba msemmija filparagrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li m’għandhomx neċessarjament jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar jiġu eżaminati mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:
(a)
jekk l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni humiex preċeduti jew segwiti b’tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa mill-istess persuni jew persuni marbuta magħhom; u
(b)
jekk l-ordnijiet għan-negozjar humiex mogħtija jew it-tranżazzjonijiet humiex imwettqa minn persuni qabel jew wara li l-istess persuni jew persuni marbuta magħhom jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment li jkunu żbaljati jew ippreġudikati jew viżibbilment influwenzati minn interess materjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|