+Artikolu 3 Abbuż minn informazzjoni privileġġata, rakkomandazzjoni jew tħeġġiġ lil ħaddieħor biexjinvolvi ruħu f’abbuż minn informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7
---+Artikolu 3 8
|
Artikolu 3 Abbuż minn informazzjoni privileġġata, rakkomandazzjoni jew tħeġġiġ lil ħaddieħor biexjinvolvi ruħu f’abbuż minn informazzjoni privileġġata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-abbuż minn informazzjoni privileġġata, ir-rakkomandazzjoni jew it-tħeġġiġ lil ħaddieħor biex jinvolvi ruħu f’abbuż minn informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafi 2 sa 8, jikkostitwixxu reati kriminali għall-inqas f’każijiet serji u meta mwettqa intenzjonalment.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-abbuż minn informazzjoni privileġġata sseħħ meta persuna jkollha informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tagħmel ċessjoni ta’, akkont tagħha jew akkont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li magħhom tkun marbuta dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li jkollha informazzjoni privileġġata minħabba li:
|
(a)
|
tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent jew tkun parteċipant fis-suq tal-kwota tal-emissjonijiet;
|
|
(b)
|
ikollha sehem fil-kapital tal-emittent jew tkun parteċipant fis-suq tal-kwota tal-emissjonijiet;
|
|
(c)
|
ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet; jew
|
|
(d)
|
tkun involuta f’attivitajiet kriminali.
|
Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li kisbet informazzjoni privileġġata f’ċirkostanzi għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf li hija informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun relatata miegħu meta dik l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha l-informazzjoni privileġġata, għandu jitqies ukoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. B’rabta mal-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jinżammu skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-użu ta’ informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkonsisti wkoll fil-preżentazzjoni, il-modifika jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għall-kont proprju tagħha jew għall-kont ta’ parti terza.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, rakkomandazzjoni biex persuna oħra tidħol f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jew persważjoni fil-konfront ta’ persuna oħra biex tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, isseħħ meta l-persuna jkollha informazzjoni privileġġata u:
|
(a)
|
tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra takkwista jew tagħmel ċessjoni minn strumenti finanzjarji li tkun relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tissuġġerixxi lil dik il-persuna biex tagħmel tali akkwist jew ċessjoni; jew
|
|
(b)
|
tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li tkun relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tissuġġerixxi lil dik il-persuna biex tagħmel tali kanċellazzjoni jew emenda.
|
|
|
Artikolu 3 7
|
7. L-użu ta’ rakkomandazzjonijiet jew tħeġġiġ imsemmija fil-paragrafu 6 jammonta għal abbuż minn informazzjoni privileġġata meta l-persuna li qed tuża r-rakkomandazzjoni jew is-suġġeriment tkun taf li hija bbażata fuq informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 3 8
|
8. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-fatt biss li persuna jkollha jew kellha informazzjoni privileġġata m’għandux jimplika li dik il-persuna użat dik l-informazzjoni u li kienet involuta f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta l-imġiba tagħha tikkwalifika bħala leġittima skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0057
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|