3. Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li jkollha informazzjoni privileġġata minħabba li:
|
(a)
|
tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent jew tkun parteċipant fis-suq tal-kwota tal-emissjonijiet;
|
|
(b)
|
ikollha sehem fil-kapital tal-emittent jew tkun parteċipant fis-suq tal-kwota tal-emissjonijiet;
|
|
(c)
|
ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet; jew
|
|
(d)
|
tkun involuta f’attivitajiet kriminali.
|
Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li kisbet informazzjoni privileġġata f’ċirkostanzi għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf li hija informazzjoni privileġġata.