+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 2a.
---+Artikolu 2 3.
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji (
1
), bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq tal-flus, kif definiti fil-punt 19 ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar, u li għalihom tista' tkun applikabbli l-leġislazzjoni nazzjonali;
(b)
“titoli ta' debitu” tfisser bonds jew debiti f'forma oħra ta' titoli li jkunu trasferibbli, bl-eċċezzjoni ta' titoli li huma ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji jew li, jekk jiġu konvertiti jew jekk id-drittijiet li jirriżultaw minnhom jiġu eżerċitati, jagħtu lok għal dritt għall-akkwist ta' ishma jew titoli ekwivalenti għal ishma;
(ċ)
“suq regolat” tfisser suq kif definit fil-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
▼M4
(d)
“emittent” tfisser persuna fiżika, jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, inkluż Stat, li t-titoli tagħha huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat.
Fil-każ ta’ rċevuti ta’ depożiti ammessi għal kummerċ f’suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat kif ukoll jekk le;
▼B
(e)
“azzjonista” tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, li jkollha, direttament jew indirettament:
(i)
ishma ta' l-emittent f'isimha u fl-interess tagħha stess;
(ii)
ishma ta' l-emittent f'ismu, iżda fl-interessi ta' persuna fiżika jew entità ġuridika oħra;
(iii)
irċevuti ta' depożiti, f'liema każ id-detentur ta' irċevuta ta' depożiti għandu jitqies bħala l-azzjonista ta' l-ishma rappreżentati mill-irċevuti ta' depożiti.
(f)
“impriżakontrollata” tfisser kull impriża
(i)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot; jew
(ii)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza u tkun fl-istess ħin azzjonista fi, jew membru ta', l-impriża in kwistjoni; jew
(iii)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika tkun azzjonista jew membru u waħidha tkun tikkontrolla l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew tal-membri, rispettivament, skond ftehim li jkun sar ma azzjonisti jew membri oħrajn ta' l-impriżaimpriża in kwistjoni; jew
(iv)
li fuqha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll;
(g)
“impriżaimpriża ta' investiment kollettiv minbarra dik tat-tip magħluq” tfisser fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' investiment:
(i)
li l-għan tagħhom ikun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tar-riskju mifrux; u
(ii)
li l-unitajiet tagħhom, fuq talba tad-detentur ta' dawn l-unitajiet, jerġgħu jinxtraw jew jinfdew, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dawk l-impriżi;
(h)
“unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv u li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din impriża fuq l-assi tagħha;
(i)
“Stat Membru ta' l-oriġini” tfisser
▼M2
(i)
fil-każ ta' emittent ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun anqas minn EUR 1 000 jew emittent ta' ishma:
—
meta l-emittent ikun inkorporat fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
▼M4
—
fejn l-emittent ikun inkorporat f’pajjiż terz, l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-għażla tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tibqa’ valida dment li l-emittent ma jkunx għażel Stat Membru ta’ oriġini ġdid taħt il-punt (iii) u jkun żvela l-għażla skont it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i);
▼M2
Id-definizzjoni ta' Stat Membru “ta' domiċilju”għandha tkun applikabbli għat-titoli ta' debitu f'munita oħra apparti l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-emissjoni, anqas minn EUR 1 000 , sakemm ma tkunx kważi ekwivalenti għal EUR 1 000 ;
▼M4
(ii)
għal kull emittent li mhuwiex kopert mill-punt (i), l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istat Membru li fih l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, u dawk l-Istati Membri fejn it-titoli tiegħu jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-emittent jista’ jagħżel Stat Membru wieħed biss bħala l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu. L-għażla tiegħu għandha tibqa’ valida għal tal-inqas tliet snin dment li t-titoli tiegħu jkunu għadhom ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni jew dment li l-emittent ma jibdiex ikun kopert mill-punti (i) jew (iii) matul il-perijodu ta’ tliet snin;
▼M4
(iii)
għal emittent li t-titoli tiegħu ma jibqgħux ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) iżda minflok huma ammessi għal kummerċ fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar, ltali Stat Membru ta’ oriġini ġdid kif jista jagħżel l-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat u, fejn applikabbli, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
Emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif imsemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) f’konformità mal-Artikolu 20 u 21. Barra minn hekk, emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha.
Jekk l-emittent jonqos milli jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) fi żmien tliet xhur mid-data li fiha t-titoli tal-emittent jiġu ammessi għall-ewwel darba għal kummerċ f’suq regolat, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun l-Istat Membru fejn it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. Fejm it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ fi swieq regolati li jinsabu jew li qed joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu l-Istati Membri ta’ oriġini tal-emittent sakemm l-emittent jagħmel l-għażla sussegwenti ta’ Stat Membru ta’ oriġini wieħed u jiżvelha.
Għal emittent li t-titoli tiegħu jkunu diġà ammessi għal kummerċ f’suq regolat u li l-għażla tiegħu ta’ Stat Membru ta’ oriġini kif imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) ma ġiex żvelata qabel is-27 ta’ Novembru 2015, il-perijodu ta’ tliet xhur għandu jibqa’ mis-27 ta’ Novembru 2015.
Emittent li jkun għażel Stat Membru ta’ oriġini kif isemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) u li jkun ikkomunika dik l-għażla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini qabel is-27 ta’ Novembru 2015 għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit taħt it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i), ħlief jekk dan l-emittent jagħżel Stat Membru ta’ oriġini ieħor wara s-27 ta’ Novembru 2015.
▼B
(j)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' l-oriġini;
(k)
“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kull persuna oħra li tkun applikat sabiex jiġu ammessi titoli għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, hu meħtieġ jagħti taħt din id-Direttiva, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2003 u tal-Kunsill dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż mis-suq) (
2
), jew skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skond l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva;
(l)
“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor;
(m)
“kumpannija ta' ġestjoni” tfisser kumpannija kif definita fl-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (IIKTT) (
3
);
(n)
“market maker” tfisser persuna li tipparteċipa fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwa u li tkun lesta li tinnegozja f'isimha stess billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji bil-kapital proprjetarju tagħha bi prezzijiet stabbiliti minnha;
(o)
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u eżerċizzju ta' kummerċ ta' istituzzjoni ta' kreditu (
4
);
(p)
“titoli maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut” tfisser titoli ta' debitu maħruġa f'serje mill-istess entità jew mill-inqas żewġ ħarġiet separati ta' titoli ta' tip u/jew klassi simili;
▼M4
(q)
“ftehim formali” tfisser ftehim li huwa vinkolanti skont il-liġi applikabbli;
▼M6
(r)
“rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
).
▼B
|
|
Artikolu 2 2.
|
Għall-iskopijiet tad-definizzjoni ta' “impriża kontrollata” fil-paragrafu 1(f)(ii), id-drittijiet tad-detentur fir-rigward tal-votazzjoni, il-ħatra u t-tneħħija għandhom jinkludu d-drittijiet ta' kull impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista u dawk ta' kull persuna fiżika jew entità ġuridika li taġixxi, għalkemm f'isimha stess, fl-interess ta' l-azzjonista jew ta' xi impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista.
|
|
Artikolu 2 2a.
|
Kwalunkwe referenza għal entitajiet ġuridiċi f’din id-Direttiva għandhom ikunu mifhumin bħala li tinkludi assoċjazzjonijiet ta’ negozju reġistrati mingħajr personalità ġuridika u fondi.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri dwar id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari:
(a)
tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(i)(ii), l-arranġamenti proċedurali li bihom min joħroġ titoli jista’ jagħmel l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini;
(b)
taġġusta, fejn xieraq għall-fini ta’ l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 (i)(ii), il-perjodu ta’ tliet snin fir-rigward tar-riżultati mgħoddija ta’ min joħroġ it-titoli fid-dawl ta’ kull obbligu ġdid taħt il-liġi tal-Komunità sabiex ikunu aċċettati għan-negozju fuq suq regolat; u
(ċ)
tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(1), lista indikattiva tal-mezzi li m’għandhomx jitqiesu bħala mezzi elettroniċi, sabiex b’dan jittieħed f’kunsiderazzjoni l-Anness V għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika (
6
) skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).
Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|